Il-Ministru tat-Traffiku, Chris Bonett, m’għandux dubju li l-Partit Laburista se jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li ġejja.
Dan saħqu fuq ir-radju tal-midja tal-Labour l-Ħadd filgħodu, hekk kif saħaq li jekk Gvern Laburista jagħmel pjan għas-snin li ġejjin, ċert u bid-dikjarar li se jirbaħ l-elezzjoni – ironikament, stqarrija li tagħti x’tifhem li l-Gvern s’issa għadu ma fassalx il-politika għas-snin li ġejjin.
Intant, Bonett iddeskriva n-nuqqasijiet kbar tal-Gvern tal-Labour fl-aħħar 11-il sena bħala imperfezzjonijiet hekk kif insista li jekk tpoġġihom fuq miżien, it-tajjeb tal-Labour jispikka ħafna iżjed.
Dan meta fost id-deċiżjonijiet il-ħżiena hemm il-frodi tal-isptarijiet mid-deal ta’ Vitals u Steward fejn il-familji Maltin u Għawdxin insterqu mal-€400 miljun – li l-Minsitru iddeskrivihom bħala fatti li sempliċiment setgħu saru aħjar.
Il-Minsitru insista li pajjiżna huwa ekonomikament b’saħħtu, bil-maġġoranza tal-Maltin qed jgħixu tajjeb – dan fid-dawl taż-żieda fil-prezzijiet – tant li l-imsieħba soċjali qed jinsistu li l-iskema Stabbiltà kienet waħda li ftit li xejn ħalliet effett.
Madanakollu, il-Ministru ammetta li dan il-Gvern ma jistax iwettaq kollox, u li se jagħmlu miljun żball.
//= $special ?>