Sport

Udinese fl-ewwel post tal-kampjonat Taljan

Udinese u Lazio rebħu ż-żewġ partiti li tlagħbu t-Tnejn fir-raba’ ġurnata tal-kampjonat Taljan li fit-tmiem tagħha rat lil Udinese fil-quċċata tal-klassifika.

Fi Stadio Ennio Tardini

Parma   2           Udinese    3

Bi tliet gowls fit-tieni taqsima, Udinese dawru r-riżultat sabiex wara r-raba’ ġurnata huma leaders assoluti tas-Serie A.

Wara biss żewġ minuti, Parma fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Valentin Mihaila kien ENRICO DEL PRATO li għeleb lil Maduka Okoye. Minkejja reazzjoni minn Udinese, minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Parma rduppjaw. Minn pass ta’ Dennis Man lejn ANGE BONNY li mill-ġdid għeleb lil Okoye. 2 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima storja oħra. Fid-49 minuta minn azzjoni ta’ Hassane Kamara kien LORENZO LUCCA li għeleb lil Leandro ChiChiZola għat 2 – 1 . Fid-69 minuta l-iskor sar 2 – 2 permezz ta’ FLORIAN THAUVIN minn azzjoni ta’ Keinan Davis. Fl-74 minuta tkeċċa għal Parma Mandela Keita sabiex Udinese approfittaw u fis-77 minuta marru fil-vantaġġ b’gowl ieħor minn FLORIAN THAUVIN 3 – 2 . Riżultat li bih intemmet il-partita.

Fi Stadio Olimpico

Lazio       2           Hellas Verona    1

Wara biss 5 minuti Lazio marru fil-vantaġġ wara li BOULAYE DIA minn pass ta’ Matteo Zaccagni li għeleb lil Lorenzo Montipo. Żewġ minuti wara minn azzjoni ta’ Grigoris Kastanos, kien CASPER TENGSTEDT li għeleb lil Ivan Provedel għal 1 – 1 . Fl-20 minuta Lazio mill-ġdid marru fil-vantaġġ permezz ta’ VALENTIN CASTELLANOS minn azzjoni ta’ Zaccagni. 2 – 1 rizultat li bih intemmet l-ewwel taqsima u eventwalment il-partita.