Futbol Sport

Draw ta’ bla gowls bejn Manchester City u Inter, PSG jirbħu b’gowl fl-aħħar minuti

(Ritratt: EPA)

Manchester City 0-0 Inter

Manchester City u Inter bdew l-impenji tagħhom fil-UEFA Champions League din is-sena b’konfront missielet kontra xulxin, li ntemm bl-iskor ta’ 0-0, però skor li seta’ jkun differenti ħafna bl-ammont ta’ azzjonijiet li kien hemm matul il-partita.

PSG 1-0 Girona

Min-naħa l-oħra, Paris Saint-Germain sabu d-diffikultà biex għelbu lil Girona li kienu qed jagħmlu d-debutt tagħhom f’din il-kompetizzjoni. Il-Franċiżi għelbu t-tim Spanjol fil-Parc des Princes bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-gowl lejn l-aħħar tad-difensur laterali Nuno Mendes li ddeċieda l-partita.

Club Brugge 0-2 Borussia Dortmund

Rebħa kumbattuta għal Borussia Dortmund barra minn darhom kontra Club Brugge bl-iskor ta’ 2-0

L-ewwel gowl wasal fis-76 minuta minn Jamie Gittens li b’xutt mix-xellug għeleb lil Mignolet, mis-suġġeriment ta’ Emre Can.

Għaxar minuti wara, Borussia Dortmund irdoppjaw l-iskor meta l-istess Jamie Gittens skorja doppjetta personali, din id-darba milll-assist ta’ Nmecha.

Bologna 0-0 Shakhtar Donetsk

Id-debutt ta’ Bologna fil-UEFA Champions League ma bediex fuq l-agħar nota possibbli hekk kif temmew fi draw ta’ bla gowls kontra avversarju diffiċli u esperjenzat f’din il-kompetizzjoni, ix-Shakhtar Donetsk.

It-tim Ukren kellu opportunità biex imur fil-vantaġġ meta wara biss erba’ minuti logħob huma ngħataw penalty mill-foul kommess minn Posch fuq Eguinaldo fil-kaxxa. Sudakov inkariga ruħu mill-penalty, bil-goalkeeper Pollakk Skorupski jsalva u jżomm l-iskor indaqs.

Sparta Prague 3-0 RB Salzburg

Sparta Prague rebħu b’mod konvinċenti fuq RB Salzburg bl-iskor ta’ 3-0 fil-Epet Arena.

Sparta Prague fetħu l-iskor wara żewp minuti logħob permezz ta’ Kaan Kalrinen mis-suġġeriment tal-eks midfielder ta’ Sassuolo Haraslin.

Victor Olatunji skorja fit-42 minuta, b’Qazim Laci jkun it-tielet awtur.

Celtic 5-1 Slovan Bratislava

Celtic bdew l-impenji tagħhom fil-UCL bl-aħjar mod hekk kif għelbu lil Slovan Bratislava bl-iskor ta’ 5-1.

Liam Scales skorja l-ewwel gowl tal-partita wara 17-il minuta mis-suġġeriment ta’ Engles.

Fit-tieni taqsima Celtic ħarġu fuq l-offensiva u kabbru l-iskor. Kyogo Furuhashi kien skorja wara 47 minuti logħob, segwit minn penalty ta’ Engles 9 minuti wara.

Kevin Wimmer skorja gowl ta’ konsolazzjoni ftit minuti qabel, biex Daizen Maeda skorja r-raba’ gowl fis-70 minuta.

L-aħħar gowl wasal minn Adam Idah fis-87 minuta.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Illum

Bologna v Shakhtar D. 0-0
S. Prague v RB Salzburg 3-0
Celtic v S. Bratislava 5-1
C. Brugge v B. Dortmund 0-2
Man. City v Inter 0-0
PSG v Girona 1-0
Għada
Feyenoord v Leverkusen 6:45pm
C.Zvezda v Benfica 6:45pm
Atlanta v Arsenal 9:00pm
A. Madrid v RB Leipzig 9:00pm
Brest v S. Graz 9:00pm
Monoco v Barcelona 9:00pm