F’għeluq it-80 sena tiegħu, Richard Muscat nieda audio book tal-ġrajjiet tiegħu – li fl-2016 kienu ppublikati fil-ktieb ‘Għandi Missjoni Għalik’.
Dan ifisser li għall-ewwel darba f’Malta, in-narrattur tal-audio book huwa l-awtur innifsu.
Richard Muscat tkellem ma’ Net News dwar kif kellu pjan li hu flimkien mat-tifel tiegħu, jagħmlu kopja tal-awdjo bil-casettes għall-benefiċċju ta’ nies neqsin mid-dawl.
Madanakollu, wara li kien irrekordja numru ta’ kapitli mill-ktieb, kien reġa’ beda l-proċess kollu mill-bidu sabiex il-proġett joffri esperjenza ta’ ktieb moqri għal kulħadd.
Richard Muscat irrakkonta kif kien proprju Karl Gouder li qal lil John Bruno biex jibdew il-proċess għal dan l-audio book, li eventwalment ġie ppubblikat ukoll fuq YouTube.
Il-ktieb li ġie ppubblikat fl-2016, jitratta l-esperjenza ta’ Richard Muscat meta fil-bidu tas-snin Tmenin Eddie Fenech Adami stess qallu ‘Għandi Missjoni Għalik’ – u kien mar Sqallija, biex minn hemm iwassal il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista.
L-esperjenza ta’ Richard Muscat kienet ukoll l-ewwel togħma ta’ dak li kellu jseħħ snin wara, meta effettivament il-PN fetaħ l-istazzjon televiżiv tiegħu fl-1999.
//= $special ?>