Miljuni ta’ nies f’diversi reġjuni tad-dinja fl-aħħar sigħat assistew għal fenomenu naturali mill-aktar rari. Dan meta l-qamar, li, għal minuti, deher ħafna akbar mis-soltu għan-nies tad-dinja, dawwal is-sema kompletament anki waqt li, fl-istess waqt, kienet qed tiżvolġi eklissi lunari parzjali.
Fil-lejl tat-Tlieta, is-segwaċi f’numru ta’ pajjiżi setgħu jaraw dija ferm akbar mill-qamar, u meta l-astroloġisti ilhom jirreferu għal fenomenu ta’ dan it-tip bħala supermoon.
Fil-fatt, l-inċidenza ta’ supermoon isseħħ ladarba l-qamar ikun wasal f’punt viċin ħafna l-orbita tad-dinja.
Intant, fl-aħħar sigħat, seħħet ukoll l-imsemmija eklissi – jiġifieri meta d-dell tad-dinja jagħtti parti mill-qamar. U din id-darba, madwar erbgħa fil-mija tal-qamar spiċċat kompletament imdallma anki waqt li l-qamar, għal mumenti, beda jidher id-doppju tad-daqs ‘normali’.
Matul il-lejl tat-Tlieta u l-Erbgħa, l-eklissi parzjali baqgħet viżibbli madwar id-dinja għal diversi minuti – bl-aktar dehriet ċari jgawduhom ir-residenti fir-Renju Unit u l-Istati Uniti.
L-eklissi kienet ukoll viżibbli għar-residenti fil-pajjiżi tal-Ewropa u l-Istati Latini Amerikani – bil-kontinent tal-Afrika, xi pajjiżi Asjatiċi u l-Lvant Nofsani wkoll jassistu għall-fenomenu.
Il-qamar kwinta ta’ dan ix-xahar – magħruf ukoll bħala Havest moon – hu t-tieni wieħed minn fost l-erba’ ‘supermoons’ li kienu mistennija li jfeġġu matul din is-sena.
Sadanittant, l-eklissi tal-qamar parzjali li jmiss mistenni jseħħ f’Awwissu tal-2026, bl-esperti jtennu li dan se jkun fenomenu speċjali peress li, fil-każ partikulari, għandu jaqa’ dell fuq xejn anqas minn 96 fil-mija tal-qamar.
//= $special ?>