‘Il fuq minn 50 persuna qed jinżammu taħt arrest bħala parti minn investigazzjoni internazzjonali li fost oħrajn wasslet għall-eliminazzjoni ta’ network kriminali.
In-network, magħruf bħala ‘Ghost’, kien jibbaża fuq software li jippermetti għall-komunikazzjoni, fuq stil ‘encrypted’ ta’ messaġġi interni u esterni.
Intant, l-entità (magħrufa anki bħala platform) intużat biex tiffaċilità varjetà kbira ta’ attivitjiet kriminali, fosthom traffikar tad-droga fuq skala kbira, ħasil ta’ flus, inċidenzi ta’ vjolenza estrema u forom oħra ta’ kriminalità organizzata.
L-inizjattiva antikriminali ewlenija tmexxiet mill-aġenziji Europol u Eurojust, flimkien ma’ entitajiet oħrajn għall-infurzat tal-liġi.
U waqt li kienet għaddejja l-investigazzjoni, spiċċaw arrestati 38 suspettat fl-Awstralja u ħdax oħra fl-Irlanda. Saru wkoll l-arresti fil-Kanada u fl-Italja – bl-aħħar arrest jinvolvi membru ta’ grupp mafjuż ewlieni f’dak il-pajjiż.
//= $special ?>