Il-Budget 2025 se jkun qed jiġi ppreżentat ftit tal-ġimgħat oħra fil-Parlament, iżda l-Gvern għadu bla pjan konkret ta’ kif se jsolvi l-problemi tal-over population u tal-għoli tal-ħajja.
Il-bżonn ta’ bidla fil-mudell ekonomiku huwa evidenti; u dan ħareġ ċar aktar minn qatt qabel waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li fiha l-Ministru Clyde Caruana nieda l-konsulenza marbuta mal-pre-budget document.
Il-Kamra tal-Kummerċ, il-UHM, il-Malta Employer’s Association, il-Malta Hotels and Restaurant Association, kif ukoll iċ-Chamber of SME’s fost l-oħrajn talbu lil Gvern biex jindirizza b’mod immedjat il-problemi li ġabet magħha l-isplużjoni fil-popolazzjoni.
Madanakollu, il-Gvern għadu mingħajr pjan konkret għal kif se jbiddel il-mudell ekonomiku.
Il-Gvern għadu wkoll bla pjan minkejja li hu stess ilu sentejn jgħid li hemm bżonn li l-popolazzjoni tiġi kkontrollata.
Bil-Ministru Clyde Caruana jinisisti li l-pjan ekonomiku għandu jinbidel bl-għajnuna tal-imsieħba soċjali; meta dawn – skont il-UHM – l-anqas qed jitkellem magħhom.
Intant, jum wara li l-Prim Ministru qal li l-Gvern irnexxielu jikkontrolla l-inflazzjoni, l-NSO kkonferma li fis-sajf reġgħet bdiet tgħolli rasha l-kriżi tal-għoli tal-ħajja.
Minn naħa tiegħu, il-Gvern minflok sab soluzzjoni… qal li se jkun qed iwaqqaf l-iskema Stabbiltà li suppost kellha tikkontrolla l-għoli tal-ħajja. Bil-Ministru Clyde Caruana ma jgħidx kif se jsolvi din il-problema. Anzi qal li l-inflazzjoni ġiet ikkontrollata.
Dwar il-COLA, il-Ministru qal li din se tibqa’ tiġi ntaxxatta, minkejja l-karba tal-korpi kostitwiti… u l-pressjoni kontinwa min-naħa tal-PN.
Dan filwaqt li qal li mhux se jkun hemm reviżjoni dwar kif tinħadem iż-żieda għall-għoli tal-ħajja.
Il-Ministru qal li mhux se jkun qed isegwi dak li qalu l-MDA biex il-Harmonised Corporation Tax tinżel għal 15%.
U meta kien mistoqsi dwar l-esperjenza tat-turisti li jiġu f’pajjiżna, Clyde Caruana farfarha fuq il-Ministru Clayton Bartolo.
//= $special ?>