Sport

Imut Totò Schillaci – ikona tat-tim nazzjonali Taljan

Id-dinja tal-futbol illum qed issellem lill-attakkant Toto Schillaci, li miet fl-età ta’ 59 sena.

L-aħbar ħarġet kmieni dalgħodu, u nisslet sens ta’ sogħba kbira partikolarment fost il-partitarji ta’ Juventus u Inter.

Schillaci jibqa’ mfakkar għat-Tazza tad-Dinja tal-1990, fejn kien l-istilla ta’ dik l-edizzjoni. L-attakkant skurja biss seba’ gowls għall-Italja, iżda sitta waslu waqt it-Tazza tad-Dinja tal-1990, sabiex ‘Toto’ spiċċa ħa ż-żarbun tad-deheb.

F’dik it-Tazza tad-Dinja Schillaci wara kollox ma kienx l-attakkant tal-għażla tal-Italja. Tqis li dak iż-żmien kien hemm attakkanti bħal Gianluca Vialli, Andrea Carnevale, Aldo Serena, Roberto Mancini u Roberto Baggio.

Dak iż-żmien kien plejer ta’ Juventus fejn imbagħad eventwalment fl-1992 ingħaqad mar-rivali Inter Milan.

Schillaci kien ilu mill-2022 jiġġieled il-marda tal-kanċer.

Hu kien minn Palermo fejn qatta’ żmien jilgħab professjonalment imma mar-rivali minn Sqallija, Messina. Totò Schillaci kien ukoll miżżewwġ darbtejn u għandu tlett it-tfal