Lokali

Konfermata l-istorja ta’ Net News dwar it-tmexxija tal-PBS

Il-Gvern ikkonferma l-istorja esklussiva żvelata lbieraħ minn Net News dwar it-tmexxija tal-PBS, li issa se tgħaddi f’idejn Keith Chetcuti.

Tħabbar ukoll li Anna Bonett se tkun qed tinħatar Chairperson mhux Eżekuttiva tal-kumpanija. 

Anna Bonett ippreżentat u kkonduċiet programmi fil-qasam tax-Xandir Pubbliku u anke kellha esperjenza ma’ stazzjonijiet tax-xandir privati. Ħadmet ukoll fl-arkivji tal-PBS.

L-Inġinier Keith Chetcuti se jkun qed jinħatar Kap Eżekuttiv tal-PBS. Huwa beda l-karriera fil-qasam televiżiv u dderieġa bosta programmi. Kien ukoll involut fi produzzjonijiet kummerċjali.

Fl-aħħar 20 sena ħadem fis-settur privat.

Bonett u Chetcuti se jidħlu fil-karigi rispettivi tagħhom b’seħħ mill-1 ta’ Ottubru.

Engelbert Grech inħatar Chairperson tal-Bord Editorjali tal-PBS, wara l-irtirar mill-kariga ta’ Joseph Sammut.