L-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa se jkollu rwol importanti fin-negozjar ta’ liġi tal-UE li hija intiża biex tiġġieled il-korruzzjoni madwar il-kontinent. Dan permezz ta’ direttiva li tistabbilixxi standards minimi biex tiġġieled firxa ta’ reati relatati mal-korruzzjoni.
Casa se jkun ir-rapporteur tal-Partit Popolari Ewropew fuq dan il-fajl, wara li nħatar membru tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni.
Fil-fatt, David Casa se jirrappreżenta l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew biex jikseb ftehim li jintroduċi firxa ta’ obbligi ġodda kontra l-korruzzjoni, b’mod partikolari billi jorbot lill-istati membri jintroduċu sanzjonijiet kriminali għall-imġiba korrotta jekk dawn ma jkunux diġà jeżistu fil-liġijiet nazzjonali.
//= $special ?>