Sport

Tournament f’għeluq it-18-il sena ta’ Birkirkara Tennis Club

Birkirkara Tennis Club organizza f’għeluq it-18 il sena, open tournament bil-permess tal-Malta Tennis Federation, bil parteċipazzjoni ta’ numru sabiħ ta’ players minn diversi pajjiżi.

Min-naħa tan nisa, is-seed numru wieħed Emma Montebello, rebħet il-final kontra Mikela Bonanno 6-0, 6-1, filwaqt li fuq in-naħa tal-irgiel fis-semifinali s-seed numru wieħed, Liam Delicata, rebaħ lill-player żagħżugħ mill German Jakob Letsch 6-0, 6-1 f’logħba kumbattuta li r-riżultat ma jurix l-andament tal-logħba, filwaqt li s-seed numru tnejn, Dwayne Pullicino, rebaħ lil Bas de Laat mill-Olanda 6-1, 7-6 f’logħba oħra kumbattuta u interessanti.

Fil finali, Liam Delicata rebaħ lil Dwayne Pullicino 6-0, 6-1 f’logħba oħra interessanti. Sfortunatament, ir-riħ kien qawwi matul l-aħħar ġimgħa tat-tournament.

Wara l-finali, ġew ippreżentati t-trofei lir-rebbieħa mill Vici President tal-Federazzjoni u t-trofei tal-Club mis-Segretarju.