Ilbieraħ, għall-ħabta tad-9pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq l-Indipendenza, f’Tal-Pietà.
Dan wara li rriżulta li żewġt irġiel Filippini ta’ 40 u 43 sena, kienu ġew aggrediti min erba’ ġuvintur li ħarbu minn fuq il-post.
Tim mediku ta l-għajnuna fuq il-post u l-Filippini ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal
aktar kura medika, fejn dak ta’ 40 sena ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li l-ieħor sofra
ġrieħi ta’ natura ħafifa.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>