Internazzjonali

Akkużi li l-Iran żvela informazzjoni mill-kampanja ta’ Trump

Sorsi fl-Istati Uniti qed jgħidu li hackers mill-Iran qasmu informazzjoni mill-kampanja ta’ Donald Trump lil individwi marbuta mal-kampanja ta’ Joe Biden. Dan seħħ qabel Biden irtira l-kandidatura tiegħu għall-Presidenza.

L-FBI jgħidu li l-Iran kellu l-għan li joħloq inkwiet biex idgħajjef il-fiduċja fl-istituzzjonijiet Amerikani qabel l-elezzjoni ta’ Novembru.

It-tim ta’ Trump, minn naħa tiegħu, akkuża lill-Iran li qed jindaħal fil-kampanja tagħhom għall-benefiċċju tal-partit Demokratiku. Iżda l-partit Demokrariku sostna li ma kellux aċċess għal dan il-materjali u kkundanna dan l-indħil.

Dan kollu qed iżid mat-tħassib dwar is-sigurtà ta’ Trump, wara l-attentat riċenti fuq ħajtu.