Futbol Sport

Barcelona megħluba minn Monaco, Arsenal miżmuma minn Atalanta

(Ritratt: EPA)

Barcelona kienu megħluba bl-iskor ta’ 2-1 minn Monaco. Barcelona sfaw jilagħbu bi plejer anqas wara biss 10 minuta meta tkeċċa Eric Garcia. Monaco approfittaw u marru fil-vantaġġ fis-16-il minuta permezz ta’ Maghnes Akliouche. Barcelona ġabu l-iskor indaqs fit-28 minuta permezz ta’ Lamine Yamal iżda fil-71 minuta kien George Ilenikhena li għamilhom 2-1.

Arsenal kienu miżmuma barra minn darhom fi draw ta’ 0-0 minn Atalanta. Kien it-tim ta’ Gian Piero Gasperini li kellu ċ-ċans li jmur fil-vantaġġ meta l-penalty ta’ Mateo Retegui kien salvat minn David Raya bl-istess goalkeeper isalva mir-rebound.

Bayer Leverkusen barra minn darhom kisbu rebħa komda ta’ 4-0. Il-gowls waslu minn doppjetta ta’ Florian Wirtz, Alex Grimaldo u awto-gowl ta’ Timon Wellenreuther.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Illum

Feyenoord v B. L’kusen 0-4
C. Zvezda v Benfica 1-2
Atalanta v Arsenal 0-0
A. Madrid v RB Leipzig 2-1
Brest v S. Graz 2-1
Monaco v Barcelona 2-1