Madwar 1,500 ħaddiem tal-kumpanija Samsung Electronics, f’Chennai, fl-Indja, ilhom 11-il jum fuq strajk – minħabba t-talba għall-pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar. Dan l-istrajk ħarbat b’mod sinifikanti l-produzzjoni ta’ din il-fabbrika li timmanifattura apparat domestiku u li tikkontribwixxi għal dħul annwali ta’ 12-il biljun dollaru fl-Indja.
Il-ħaddiema rappreżentati mis-Samsung India Labour Welfare Union, qed jappellaw biex jintlaħaq ftehim kollettiv u jiżdiedu i-pagi b’50% fuq tliet snin.
Il-ħaddiema sostnew li m’għandhomx kundizzjonijiet tax-xogħol siguri filwaqt li kellhom pressjoni mill-fabbrika biex ma jibqgħux jagħmlu parti mill-union.
Il-kumpanija Samsung ċaħdet l-allegazzjonijiet u ddikjarat l-impenn tagħha biex issolvi din il-problema.
//= $special ?>