Sport

Ħamrun Sports Club f’kamp ta’ taħriġ tal-futsal fi Sqallija

Ħamrun Sports Club ħadu sehem f’kamp ta’ taħriġ fi Sqallija fejn lagħbu żewġ partiti ta’ ħbiberija bi preparazzjoni għall-istaġun tal-futsal li se jibda dalwaqt.

Dan hu wieħed mit-timijiet il-ġodda li se jieħu sehem fl-Enemed Futsal League, bit-tim immexxi minn Kieran Bugeja u li hu assistit minn Yalcin Sammut.

Fl-ewwel partita, il-Ħamruniżi lagħbu kontra ASD Futsal Mazara 2020 u tilfu 7-2 b’Habib Issa u Collin Sammut jiskorjaw il-gowls tagħhom. Fit-tieni logħba, Ħamrun Futsal lagħbu kontra Marsala Futsal 2012 u din id-darba tilfu 7-1 bil-gowl uniku tagħhom jiskorjah Habib Issa.

Fl-iskwadra Ħamruniża hemm element żagħżugħ imħallat ma’ plejers ta’ esperjenza li għandu jagħmel dan it-tim wieħed kompetittiv u lest biex jissieltu għall-ewwel postijiet fil-klassifika.

L-iskwadra Ħamruniża li lagħbet fi Sqallija