L-istampa ta’ dak li seħħ fil-Libanu hija waħda xokkanti.
25 huma dawk li nqatlu fl-isplużjonijiet tal-walkie-talkies. Tnax oħra nqatlu fil-jum ta’ qabel meta kien hemm serje ta’ pagers li splodew.
Mal-4,000 huma l-persuni li spiċċaw rikonverati l-isptar minħabba l-feriti li sofrew; sitwazzjoni li ġabet niket kbir fost in-nies Lebaniżi… kif ukoll sens ta’ rabja.
Il-Libanu għadu qed jipprova jistejqer wara jumejn ta’ attakki permezz ta’ dawn l-isplussivi kollha li tpoġġew ma’ apparat elettroniku.
U l-ħtija ta’ dan kollu qed jintefa’ fuq il-Mossad – l-aġenzija sigrieta Iżraeljana responsabbli mill-ispjunaġġ fuq l-għedewwa ta’ Iżrael.F’diskors tal-okkażjoni, Bl-armata tal-Libanu tuża r-riżorsi tagħha sabiex teqred kull forma ta’ devices elettronici li possibbilment tpoġġa’ magħhom xi splussiv.
Il-Gvern Iżraeljan baqa’ ma ddikjara ebda responsabbiltà għal din is-sitwazzjoni tal-biża’ li żviluppat fil-Libanu.
Fl-aħħar sigħat, Iżrael baqa’ jinsisti li se juża l-mezzi kollha possibbli biex iħares is-sigurtà mal-fruntiera tat-Tramuntana. Bl-armata tisħaq li se tuża l-mezzi kollha possibbli.
Iżda fi kliem il-mexxej tal-grupp Hezbollah Hassan Nasrallah… dak li seħħ din il-ġimgħa kien att kriminali. Dan filwaqt li insista li n-nies li kienu fil-mira tal-Iżraeljani kienu persuni li nqatlu fi sptarijiet, spiżeriji, residenzi privati, u anke fi ħwienet.
Nasrallah saħaq li issa nqabżet linja ħamra, filwaqt li staqsa jekk dan il-massakru huwiex fil-verità ġenoċidju.
//= $special ?>