Melita Limited kabbret in-netwerk fiżiku tagħha bil-ftuħ ta’ ħanut ġdid f’Ħaż-Żabbar. Il-kumpanija qed tkabbar ukoll in-netwerk tagħha ta’ bejjiegħa esklussivi u dan l-aħħar laqgħet lil Gadget Savers fil-Ħamrun, u Mobile Xpress f’Ħal Qormi. Post ġdid ieħor fil-Mosta għandu jiftaħ għal-bidu ta’ Novembru. B’dawn iż-żidiet, il-klijenti ta’ Melita se jkollhom aċċess għal total ta’ 13-il ħanut madwar Malta u Għawdex.
Kevin Borg, Chief Commercial Officer ta’ Melita Limited, qal: “It-tkabbir tan-netwerk tagħna ta’ ħwienet u bejjiegħa huwa parti ewlenija mill-istrateġija tagħna biex nagħtu l-aħjar servizz possibbli lill-klijenti b’modi li jagħmlu sens għalihom. Filwaqt li l-kanali diġitali jkomplu jespandu u l-appoġġ għall-klijenti bbażat fuq it-telefon jibqa’ importanti, aħna nirrikonoxxu li, xi drabi, il-klijenti jeħtieġ li jitkellmu ma’ xi ħadd wiċċ imb wiċċ u għalhekk qed nagħmlu dak kollu li nistgħu biex nagħmlu dan faċli kemm jista’ jkun, irrispettivament fejn tgħix.”
Il-ħwienet ta’ Melita joffru firxa sħiħa ta’ servizzi u appoġġ għall-klijenti. Il-klijenti li jixtiequ jixtru servizzi ġodda jew iħallsu l-kontijiet tagħhom huma mistiedna li jżuru wkoll il-bejjiegħa esklussivi. Minbarra n-netwerk fiżiku, il-klijenti jistgħu wkoll jikkuntattjaw lil Melita permezz tal-funzjoni taċ-chat fuq il-websajt tal-kumpanija melita.com jew b’messaġġ permezz tal-kanali tal-midja soċjali tagħha.
Lista sħiħa tan-netwerk ta` ħwienet ta’ Melita hija disponibbli fuq https://www.melita.com/find-a-shop/
//= $special ?>