Sport

Sittax-il plejer jikkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi taċ-Champion tal-Malta Blackball

Sittax-il plejer għamluha għall-fażi tal-gruppi taċ-Champion ta’ Malta organizzat mill-Malta Blackball Federation meta kien hemm il-fażi ta’ kwalifikazzjoni ta’ din il-kompetizzjoni.

John Lombardo kiseb l-akbar rebħa meta ftit sab diffikultà sabiex għeleb lil Lorna Micallef 7-0.

Rebħiet tajba kisbuhom ukoll Liam Mifsud, Joseph Tabone u Antoine Schembri li għelbu bl-iskor identiku ta’ 7-1 lil Xylon Aquilina, Duncan Pisani u Alexia Cassano rispettivament.

Mill-banda l-oħra, kien hemm logħba ferm interessanti bejn Roberta Cutajar u Neil Fenech b’tal-ewwel tirbaħ 7-5.

Dawn kienu r-riżultati l-oħra mir-round ta’ kwalifikazzjoni ta’ din il-kompetizzjoni ferm prestiġġjuża tal-bidu tal-istaġun:

Donna Bugeja – Nick Muscat 2-7

Deacon Formosa – Brian Grech 4-7

Raymond Caruana – Ana Thomas 7-3

Jesmond Schembri – Antoine Aquilina 7-3

Philip Coleiro – Ivan Rizzo 7-3

Casdy Vella – Kurt Pace 3-7

Jason Micallef – Christ Mills 2-7

Clydon Attard – Steven Muscat 2-7

Daniel Vella – Matthias Debono 7-5

Kevin Schembri – Wedley Zammit 7-0.