Futbol Sport

‘Stajna għalaqna l-logħba qabel’ – Darren Abdilla, kowċ ta’ Floriana

(Ritratt: Catriel Farrugia)

 ‘Kuntent bir-riżultat iżda diżappuntat għaliex stajna għalaqna l-logħba qabel. Kellna ħafna mill-pussess kif ukoll ċansijiet iżda ma approfittajnix.’ Kliem il-kowċ ta’ Floriana Darren Abdilla wara r-rebħa li huma kisbu kontra Naxxar Lions bl-iskor ta’ 2-0. Abdilla kompla: ‘Sakemm sofrew il-gowl bdew jagħlqu tajjeb. Konna xi ftit inkwetati peress li b’gowl wieħed vantaġġ jista’ jiġri kollox. Finalment, iżda, dan kien riżultat ġust.  Bdilna xi affarijiet ukoll b’mod partikolari fid-difiża fejn lagħbna bi tlieta fuq wara. Ovvjament, il-pjan dejjem jinbidel skont l-avversarji tal-ġurnata. Rebħa li biha nkomplu nibnu sabiex nitilgħu aktar ‘il fuq fil-klassifika.’

‘Għad irridu naraw l-aqwa tat-tim’

  • Stefano De Angelis, kowċ B’Kara FC

‘Kienet logħba kontra tim tajjeb ħafna fejn kif bsarna ma kenitx logħba faċli’. Hekk ikkummenta l-kowċ ta’ Birkirkara, Stefano De Angelis, wara r-rebħa tat-tim tiegħu kontra Hibernians. Huwa kompla hekk: ‘ Fl-ewwel taqsima ħloqna ħafna ċansijiet ta’ skor. Ninsab kuntent ħafna għall-players kollha. It-tim għad irridu naraw l-aqwa tiegħu fejn għal din il-logħba kellna numru ta’ players li ma kenux fl-aqwa kundizzjoni. Imma li ksibna t-tliet punti kontra avversarju diffiċli u b’hekk ninsabu fl-ewwel post tal-klassifika jkompli jimlina bil-kuraġġ għal-logħbiet li jmissna. It-triq hija waħda twila imma l-grupp ta’ players li għandna fl-iskwadra huwa magħqud u jaf id-direzzjoni ta’ fejn irridu naslu.’

KLASSIFIKAPARTITIPUNTI
Birkirkara410
Sliema Wanderers410
Floriana49
Gżira United48
Ħamrun Spartans47
Hibernians47
Melita44
Balzan44
Naxxar Lions43
Żabbar SP.43
Mosta43
Marsaxlokk40

LOGĦOB LI JMISS

Is-Sibt 21 ta’ Settembru, 2024

Stadium Nazzjonali

6.00pm            Gżira Utd. vs Sliema W.

8.15pm            Balzan vs Ħamrun S. 

Il-Ħadd 22 ta’ Settembru, 2024

Stadium Nazzjonali

6.00pm            Floriana vs Hibernians

8.15pm            Żabbar SP vs Naxxar L.

It-Tnejn 23 ta’ Settembru, 2024

Tony Bezzina Stadium

6.00pm            Melita vs B’Kara

8.15pm            M’Xlokk vs Mosta

L-AQWA SKORERSGOWLS
Maxuell Samurai (Birkirkara)5
Andre (Melita)3
Franklin Sasere (Floriana)3
Luke Montebello (Ħamrun Spartans)3
Aldair Simanca (Melita)2
Joseph Mbong (Ħamrun Spartans)2
Lecao (Gżira United)2
Kyrian Nwoko (Floriana)2
Udoyen Akpan (Balzan)2

TKEĊĊIJIET

G. Acheampong (Sliema W.) vs Mosta

A. Udoh (Mosta) vs Sliema W.

M. Veselji (Floriana) vs Ħamrun S.

J. Busuttil (Balzan) vs Naxxar L.

R. Camenzuli (Ħamrun S. ) vs Mosta

N. Zerjal (Balzan) vs Żabbar SP