Internazzjonali

Tifel Ġappuniż imut wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina fiċ-Ċina

Tifel Ġappuniż ta’ 10 snin li kien jattendi l-iskola ta’ Shenzhen, fiċ-Ċina, miet wara li ngħata daqqa ta’ sikkina ħdejn l-iskola tiegħu fin-Nofsinhar taċ-Ċina.

Ir-raġel ta’ 44 sena li huwa suspettat li wettaq dan l-att ġie arrestat fil-post. Il-Prim Ministru Ġappuniż ikkundanna l-attakk u ħeġġeġ liċ-Ċinq għal spjegazzjoni immedjata.

Dan il-każ żied it-tħassib dwar il-vjolenza li qed tikber kontra l-barannin, b’attakki riċenti fuq ċittadini Ġappuniżi u Amerikani fiċ-Ċina.

L-awtoritajiet Ċiniżi kkonfermmaw in-nazzjonalita’ tat-tifel u qed jinvestigaw il-mottiv. Il-Ġappun ħeġġeġ liċ-Ċina biex tipprevjeni inċidenti futuri. Dan filwaqt illi skejjel Ġappuniżi fiċ-Ċina ziedu s-sigurta’.