Żewġt irġiel kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-Kappara.
Il-każ seħħ ftit wara s-13.30hrs tal-Ħamis fi Triq Mikiel Anton Vassalli, bil-Pulizija jispjegaw li kollox seħħ wara li għal xi raġuni raġel ta’ 53 sena minn San Pawl il-Baħar tilef il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li ħabat ma’ siġra.
Dan filwaqt li sussegwentament, vann misjuq minn raġel ta’ 39 sena mill-Belt Valletta kellu impatt mal-karozza.
Passiġġier flimkien mar-raġel minn San Pawl il-Baħar, kien hemm raġel ieħor ta’ 31 sena mill-Gżira.
Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu liż-żewġt irġiel l-isptar għal aktar kura fejn aktar tard ġew iċċertifikati li ġarbu ġrieħi gravi.
Dan filwaqt li s-sewwieq tal-vann fortunatament ma ġarrab ebda ġrieħi.
//= $special ?>