Minn Ħal Tarxien sal-Kalkara, eluf ta’ familji reġgħu spiċċaw mingħajr il-provvista tal-enerġija.
Fil-fatt, jidher li id-dawl inqata’ eżatt wara li għadda l-maltemp minn fuq il-gżejjer Maltin. Bil-lokalitajiet affetwati jinkludu Bormla, il-Kalkara, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar u anke Ħal Tarxien.
Anke partijiet tal-Birgu u ż-Żejtun jinsabu affetwati.
Intant, jidher li anke f’Ħal Għaxaq hemm ammont kbir ta’ familji li spiċċaw mingħajr provvista tal-enerġija. B’nies jgħidulna li ilhom minn dalgħodu bla dawl.
//= $special ?>