Lokali

Il-Kap tal-PN Bernard Grech se jindirizza l-mass meeting tal-lejla fi Pjazza Tritoni

Illejla, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech se jkun qed jindirizza lin-nies fi Pjazza Tritoni waqt il-mass meeting annwali li se jsir lejlet l-Indipendenza, bit-tema ‘il quddiem.

L-attività se tibda fis-7pm bi tħejjija għall-mass meeting biex jiftaħha s-Segretarju Ġenerali tal-PN, Michael Piccinino. Warajh isegwi l-Viċi Kap tal-PN, Alex Perici Calascione, b’diskors ieħor.

Dan il-mass meeting jiġi fi tmiemu b’diskors mill-Kap tal-PN Bernard Grech fejn se jkun qed jindirizza għadd ta’ temi li qed jaffetwaw lil pajjiżna, u s-soluzzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista għall-Maltin u l-Għawdxin.

Dan wara sensiela ta’ laqgħat u djalogi li saru fl-aħħar jiem bi tħejjija għall-Indipendenza.

Wara l-mass meeting, kull persuna hi mistiedna li tibqa’ fi Pjazza Tritoni fejn se jittella’ spettaklu u iktar tard tittella’ l-bandiera Maltija mat-tokki ta’ nofsillejl.