Lokali

Imnedija “EJJA”: Diska li tirrifletti l-enerġija bejn MATT BLXCK u ERBA’

IIIum ġiet imnedija b‘mod uffiċjali “EJJA” kollaborazzjoni bejn il-kantawtur MATT BLXCK u I-grupp enerġetiku tat-tfajliet ERBA’. Kienet proprju I-ewweI edizzjoni tal-Malta Eurovision Exchange Camp li introduċa lil dawn I-artisti; iżda kienet il-parteċipazzjoni tagħhom fil-Malta Eurovision Song Contest 2024 bil-kanzunetti “BANANA” u “SIRENA”, li wasslithom għal ħbiberija sinċiera.

B‘rispons għal din il-kollaborazzjoni, Matt b’mod ċajtier kemm-il darba ssuġġerixxa biex ERBA’ u hu jbidlu isimhom għal Ħamsa, u għalkemm din mhix xi ħaġa li attwalment ġrat, bejniethom hekk qegħdin isejħu lilhom infushom.

Matt qal li din il-kollaborazzjoni kellha sseħħ f‘xi punt, u għalhekk jinsab kuntent li fl-aħħar ser tara d- dawl ta‘ barra. Kemm Matt kif ukoll ERBA‘ esprimew il-pjaċir tagħhom li jaħdmu flimkien, tant li qalu, ‘ħadna pjaċir ħafna b‘din I-esperjenza, u nisperaw li jkollna ċ-ċans li ninterpretawha flimkien dalwaqt.‘

Miktuba minn Matt u ERBA’ bi produzzjoni ta‘ Cyprian Cassar, ‘EJJA‘ hija riflessjoni tal-enerġija li għandhom il-ħames artisti, filwaqt li sservi wkoll bħala tislima għall-istagun tas-sajf. Din it- tnedija hija akkumpanjata minn lyric video , li jixhed iI-ħbiberija ta’ bejniethom permezz ta’ għażIa ħelwa ta ritratti.

Mil-Ium 20 ta‘ Settembru 2024, “EJJA” hija disponibbli fuq il-pjattaformi diġitali ewlenin. Għalkemm Ħamsa m‘għandhomx pjanijiet oħra flimkien għalissa, jittamaw li din il-kollaborazzjoni tqanqal proġetti oħra fil-futur.