Sport

Kampjonat tad-Dinja ta’ taħt l-20 sena tal-International Weightlifting Federation

Ingħata bidu għal Kampjonat tad-Dinja ta’ taħt l-20 sena tal-International Weightlifting Federation fejn għal Malta qed jikkompetu Kim Camilleri Laganà, Tenishia Thornton u Rylee Borg.

L-ewwel li kienet fl-azzjoni l-weightlifter ta’ 16 il-sena Kim Camilleri Laganà fil-Kategorija B 49 kilo. Hija temmet fis-7 post fil-klassifika ġenerali u fis-6 post f’dik tal-Clean & Jerk.

L-aħjar refgħa fis-snatch għal Camilleri Laganà kienet ta’ 64 kilo sabiex fil-Clean & Jerk l-ewwel refgħet 84 kilo u wara 8s6 kilo biex għalqet b’total ta’ 10 kilo li kien kilo aktar minn weightifters minn Spanja, il-Ġappun, it-Tunesija u l-Kanada.

Tenishia Thornton tikkompeti nhar il-Ħadd filwaqt li Rylee Borg jikkompeti fit-23 ta’ Settembru.

Il-kontingent huwa mmexxi minn Jesmond Caruana, President tal-Malta Weightlifting Association.

Kim Camilleri Laganà