Lokali

L-Imperial Male Voice Choir b’erba’ kunċerti f’Malta u Għawdex

L-Imperial Male Voice Choir li huwa ffurmat minn studenti gradwatai li kienu jattendu l-Imperial College, University of London, ilhom għal madwar 50 sena jagħmlu kunċerti ta’ suċess kemm fir-Renju Unit kif ukoll fi Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Iżvizzera, s-Slovenja u r-Russja.

Ir-repertorju tagħhom jinkludi mużika minn madwar 1000 sena, minn mużika folklor, klassika, opera u musical theatre sal-ġeneru tal-pop. Id-direttur Mużikali Deborah Miles-Johnson li se tkun akkumpanjata minn Brian Pasrons, huma żewġ alumni tar-Royal College of Music u t-tnejn li huma għandhom snin ta’ esperjenza fix-xena tal-mużika.

L-Imperial Male Voice Choir qalu li huma eċċitati ħafna biż-żjara tagħhom f’Malta u Għawdex bejn l-14 u l-20 ta’ Ottubru, fejn se jkunu qed itellgħu erba’ kunċerti.

Fil-15 ta’ Ottubru fis-19:00, se jkun qed isir kunċert f’Sir Temi Zammit Hall, fl-Università ta’ Malta, fis-16 ta’ Ottubru fis-18:45 kunċert fil-Bażilika, Triq il-Vittorja, l-Isla, fit-18 ta’ Ottubru fis-19:30 fil-Knisja Parrokkjali tal-Għasri, u fid-19 ta’ Ottubru fil-11:30 fis-Seminarju tal-Qalb Imqaddsa, Triq Enriku Mizzi, ir-Rabat Għawdex.