Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ Ħ’Attard.
Il-każż seħħ illum, għall-ħabta tal-05:30, fi Triq L-Imdina meta għal xi raġuni seħħ inċident bejn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 40 sena, residenti Ħ’Attard u Toyota Yaris misjuqa minn raġel ta’ 42 sena u residenti Tas-Sliema.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.