Lokali

Sitt uffiċjali jinħatru fi grad ta’ Spettur tal-Pulizija

Sitt uffiċjali ġew ippreżentati b’ċertifikati tal-ħatra fil-grad ta’ Spettur tal-Pulizija f’ċerimonja li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Furjana,

Waqt iċ-ċerimonja ntqal kemm huwa importanti li l-ispetturi l-ġodda jibqgħu umli u jaħdmu għall-ġid tas-soċjetà, fejn iridu mhux biss jinforzaw il-liġi, iżda jaraw li sseħħ ġustizzja.

Il-Kummissarju tal-Pulizija qal f’diskors tal-okkażjoni, li dawn l-ispetturi l-ġodda jirrappreżentaw il-preżent u l-futur tal-Korp. Kariga ta’ tmexxija li teħtieġ aktar minn sempliċiment għarfien tal-liġi, iżda teħtieġ ukoll empatija, ġustizzja u impenn lejn il-valuri li jiddefinuna bħala protetturi tas-soċjetà.