Lokali

SterjoTipi jniedu l-kanzunetta ‘Destinazzjoni’; kanzunetta b’messaġġ qawwi ta’ perseveranza

Il-band lokali Maltija, SterjoTipi għadhom kemm nedew kanzunetta ġdida bl-isem ta’ ‘Destinazzjoni’. Din il-kanzunetta twassal messaġġ qawwi ta’ perseveranza, reżiljenza, u ispirazzjoni, għal dawk kollha li mixjin lejn id-destinazzjoni partikolari tagħhom.

‘Destinazzjoni’ tirrakkonta t-tlugħ u l-inżul tal-ħajja, filwaqt li tirrikonoxxi l-isfidi inevitabbli li jinqalgħu, l-kanzunetta għandha messaġ lis-semmiegħa: ibqa’ ffokat fuq il-miri, il-ħolm, u d- destinazzjoni aħħarija tiegħek. Il-kanzunetta tfakkarna lkoll li filwaqt li t-triq taf tkun diffiċli, il-persistenza u r-reżiljenza se jwasslu għas-suċċess. Il-band nediet ukoll vidjow mużikali li juri dan ta’ hawn fuq b’mod komiku. Il-band jidhru jiġru lejn din id-destinazzjoni, filwaqt li qed jintefgħu affarijiet bl-addoċċ lejhom.

“Destinazzjoni” hija disponibbli fuq il-pjattaformi ewlenin kollha.