Mill-Gżira sal-Imsida; minn San Ġiljan sal-Marsa.
Ix-xita tal-aħħar sigħat ħolqot kaos f’diversi toroq li spiċċaw mgħarrqa u traffiku f’bosta zoni tal-pajjiż.
Nies li tkellmu ma’ Net News qalulna li s-sitwazzjoni ggravat sew għall-ħabta tas-2pm, meta diversi toroq spiċċaw litteralment imwaħħlin bit-traffiku. Oħrajn irrimarkaw kif kienu ilhom sigħat sħaħ fil-karozzi tal-linja, li nqabdu fiz-zoni tal-Gżira u anke Tas-Sliema.
It-traffiku inġema’ anke fi Triq Sant’Anna fil-Furjana, filwaqt illi fil-Marsa għereq l-underpass li jwassal lejn iz-zona tal-Port il-Kbir.
Sinifikanti l-fatt li ankè proġetti li saru dan l-aħħar spiċċaw kompletament mgħarrqa minħabba li l-infrastruttura ċediet mal-ewwel ftit minuti ta’ xita.
//= $special ?>