Hekk kif is-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali ‘La Valette’ qed tfakkar il-150 sena mit-twaqqif tagħha, bħalissa s-sede tas-soċjetà fi Triq ir-Repubblika qed tilqa’ fiha wirja b’xogħlijiet tal-familja Camilleri Cuachi.
Il-wirja ngħatat l-isem ‘La Nostra Arte’.
B’kollox, l-esebizzjoni hija mifruxa fi tliet swali, u fiha hemm opri tal-arti ġejjin minn lokalitajiet differenti – u li jsebbħu diversi festi li jsiru f’pajjiżna.
Il-President tas-Soċjetà, Jonathan Grima, spjega li din il-wirja qed timmarka l-qofol tal-festi tal-150 anniversarju. L-esebizzjoni tinkludi pitturi ta’ Pawlu Camilleri Cauchi, statwi ta’ Michael Camilleri Cauchi u Adonai Camilleri Cauchi, xogħlijiet ta’ Wistin Camilleri Cauchi, u induratura minn Mario, Reuben u Austin Camilleri Cauchi.
Grima jirringrazzja lill-għaqdiet kollha li taw sehmhom biex din il-wirja tkun suċċess.
Il-wirja se tiftaħ uffiċjalment nhar il-Ħadd u tibqa’ sejra sa dakinhar tan-Notte Bianca.
//= $special ?>