Fl-iktar partia mistennija tal-bieraħ, Juventus u Napoli temmew fi draw ta’ bla gowls. Minkejja n-nuqqas ta’ gowls, kienet partita intensiva’ li rat lil żewġ timijiet ikollhom ftit azzjonijiet kull wieħed madankollu li kienu ta’ periklu kbir.
Juventus iddominaw totalment il-pussess tal-ballun hekk kif kellhom 65%, kif ukoll kellhom iktar xuttijiet, b’total ta’ 5, b’wieħed biss minn dawk il-ħamsa jkun indirizzat lejn il-lasti ta’ Napoli.
Minn naħa l-oħra, Napoli kellhom total ta’ 3 xuttijiet matul il-partita, b’wieħed minnhom ikun indirizzat direttament lejn il-lasti ta’ Di Gregorio.
Fl-ewwel partita tal-ġurnata, dik bejn Venezia u Genoa, it-tim Neo-promoss Venezia ħa l-ewwel rebħa meta għeleb lil Genoa 2-0.
Il-gowls waslu minn autogowl ta’ Joel Pohjanpalo fit-58 minuta u gowl ta’ Gianluca Busio fit-63 minuta.
Intant fl-aħħar partita tal-ġurnata, Parma dawru telfa fi draw b’żewġ gowls fil-ħin addizjonali, f’partita li setet tispiċċa differenti ħafna hekk kif iż-żewġ timijiet spiċċaw jilagħbu b’għaxra sad-90 minuta.
Patrick Dorgu sab ix-xibka fl-ewwel taqsima għal Lecce, biex kmieni fit-tieni taqsima Lecce spiċċaw jilagħbu b’10 wara li tkeċċa Frederic Guilbert.
Parma ma rnexxielhomx jieħdu vantaġġ mill-vantaġġ numeriku u spiċċaw anke huma jilagħbu b’10 wara li tkeċċa Matteo Cancellieri fit-58 minuta, biex minuta wara Lecce rdoppjaw l-iskor permezz ta’ Nikola Krstovic.
Hekk kif kollox kien jidher li se t-tlett punti se jmorru għand Lecce, gowls ta’ Almqvist u Hainaut fit-93 u fis-96 minuta rispettaviment salvaw punt għal Parma.
SERIE A
Il-Ġimgħa
Cagliari v Empoli 0-2
Hellas Verona v Torino 2-3
Illum
Venezia v Genoa 2-0
Juventus v Napoli 0-0
Lecce v Parma 2-2
Għada
Fiorentina v Lazio 12:30pm
Monza v Bologna 3:00pm
Roma v Udinese 6:00pm
Inter v Milan 8:45pm
It-Tnejn
Atalanta v Como 8:45pm