Futbol Sport

Gowl fl-aħħar minuti ta’ Riascos isalva punt għal Gżira fid-Derby kontra Sliema

(Ritratt: Joseph Galea)

Neil Camenzuli

GŻIRA U ……………………………………2

SLIEMA W…………………………………2

Gżira U: J.Haber, G.Bohrer, A.Borg (D.Lira 57’), T.Aldama, Z.Scerri, M.Dias, L.Riascos, A.Da Paixao, F.Zuniga, B.Borg (K.Tullimieri 57’), T.Espindola (F. Hassany 78’)

Sliema W: E.Agu, J.Borg, A.Overand, V.Plut (N. Strickland 90’), S.Gomes (S.Ramso 80’), M.Beerman, G.Alcino, W.Matos (M.Awad 64’),  H. Freire, S.Zibo, S.Pisani (N.Frendo 90’)

Imwissija: B.Borg 29’, F.Zuniga 57’,  K.Tulimieri 68’ L.Riascos 90’ (G), H.Freire 62’

Skorjaw: G.Bohrer 63’, L.Riascos 90+4’ (G) V.Plut 44;, 74’ (S)

Referee: Alex Johnson

Assistenti Referees: Luke Portelli u Vasil Vasilev

Plejer tal-Logħba: V.Plut (S)

F’wieħed mill-iktar konfronti mistennija tal-ġimgħa, Gżira United irnexxielhom iwettqu rimonta għal darba darbtejn fil-partita kontra r-rivali Sliema Wanderers, bl-iskor finali jkun 2-2.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet wara 18-il minuta logħob meta Matos da Silva ttanta xortih mid-distanza, madankollu l-konklużjoni ma kienitx tajba biżejjed.

Fid-39 minuta Justin Haber kien imprenjat mix-xutt ta’ Gomes mill-bogħod, biex minuta wara l-istess Gomes jerġgħa jittanta xortih minn iktar viċin, iżda għal darb’oħra l-goalkeeper joħroġ rebbieħ.

Sliema ħadu l-vantaġġ għall-ewwel darba fil-partita fl-44 minuta meta l-attakkant prolifiku u ta’ esperjenza Vito Plut tefa’ lit-tim tiegħu fil-vantaġġ mis-suġġeriment ta’ Matos.

B’dan il-gowl is-Slimiżi daħlu jistrieħu bil-vantaġġ minimu ta’ 1-0.

Il-Maroons ħarġu fuq l-offensiva fit-tieni taqsima, tant hu hekk li fit-62 minuta r-referee Johnson saffar għall-penalty meta Murillo wettaq foul fuq Tulimieri fil-kaxxa. Gabriel Bohrer inkariga ruħu mill-penalty bid-difensur jixħet ġewwa.

Vito Plut għal darb’oħra jsib ix-xibka u jagħti l-vantaġġ momentarju lill-Wanderers meta fl-74 minuta jirċievi l-ballun mil-lemin u jqabbeż il-ballun minn fuq Haber għat-tieni gowl personali tal-partitia.

Fil-ħin addiżjonali hekk kif kollox kien jidher li Sliema se jirbħu d-derby, Luis Riascos isib ix-xibka għat-tieni gowl tad-draw u jikseb punt meritat għat-tim tiegħu.

Ritratti: Joseph Galea