“Il-korruzzjoni tappnet il-glorja ta’ pajjiżna”
Kienu dawn il-kliem tal-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna waqt il-Quddies pontifikal fil-jum li l-gżejjer Maltin u Għawdxin qed jiċċelebraw għeluq is-60 sena ta’ Malta Indipendenti.
Bl-Arċisqof jirringrazzja lil Alla talli sawwar lill-gżejjer tagħna b’kultura u tradizzjonijiet ta’ għeruq determinati li jtuna identità.
Fejn kompla japprezza l-fidi li ġab fost il-Maltin u l-Għawdxin San Pawl, illi tul is-snin fissret impenn soċjali u dawl tal-fidi. Bl-Arċisqof jirringrazzja lil Alla talli żamm ħarstu fuq missirijietna.
Hekk kif apprezza lill-politiċi illi f’dawn l-aħħar 60 sena ta’ Malta Indipendneti ħadmu għall-progress u żvilupp tal-pajjiż.
Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof Scicluna talab għall-maħfra tal-arroganza, il-korruzzjoni, għal-vjolenza fil-kliem li wassal għall-assassinju ta’ vuċijiet illi kienu skomdi.
Dan filwaqt li talab maħfra għall-isfruttament tal-barranin fostna, u ta’ kemm ma wrejnix apprezzament għall-wirt nazzjonali u storiku tal-gżejjer Maltin.
Huwa fid-dawl ta’ dan kollu illi l-Arċisqof tenna illi sittin sena ilu, il-Maltin u l-Għawdxin kisbu l-indipendenza politika u istituzzjonali, li għarfu d-drittijiet funamentali tal-fejn. Fejn talab sabiex jitbierku dawk kollha li huma ġenwini fis-soċjetà tagħna.
Bl-Arċisqof Scicluna jitlob sabiex il-poplu Malti u Għawdxi kollu jiftakar kemm hi prezzjuża l-ħajja mill-bidu sat-tmiem tagħha. Fejn tenna sabiex il-poplu jiftakar fl-10 kamdamenti li jnisslu dawl u jgħallmu lealtà, fedeltà, ġustizzja filwaqt li jbegħduna mir-rebgħa u l-għira.
Preżenti għal din il-Quddiesa kienu l-ogħla awtoritajiet ta’ pajjiżna, il-President tar-Repubblika ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech flimkien ma’ Anne Marie Grech u diversi deputati f’isem il-Partit Nazzjonalista, flimkien ma’ diversi mistiedna distinti.
//= $special ?>