Lokali

Imut il-Professur Charles Briffa

Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt tal-Professur Charles Briffa – għalliem tal-Malti u xandar li għal snin sħaħ kien jikkontribwixi fuq l-istazzjonijiet lokali.

Charles Briffa kien kritiku ewlieni li kiteb għadd ġmielu ta’ studji dwar kittieba varji. Għal bosta semmiegħa tar-radju u telespettaturi tat-televiżjoni, Briffa kien il-persuna li b’mod artikolat u sempliċi kien ifisser kif jinkiteb il-Malti – u bil-ħidma tiegħu kien jifrex il-ħila tal-lingwa fost kulħadd.

Il-Prof. Briffa ħalla jibkuh lil martu Angela, u lill-familja kollha tiegħu.

Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sellem il-memorja tal-Professur Briffa fejn sellem il-ħidma tiegħu li kompliet isaħħaħ il-lingwa Maltija.