Internazzjonali

Ipprojbita l-app Telegram mill-apparat tad-difiża Ukrena

L-Ukrajna pprojbixxiet l-użu tal-app Telegram fuq apparat tal-Gvern u tal-militar. Dan wara tħassib serju dwar is-sigurta’.

Il-Kunsill tas-Sigurta’ u d-Difiża Ukren ħabbar li din id-deċiżjoni ser tkun qed timminimizza t-theddid tar-Russja – hekk kif skont dan il-Kunsill jidher li kienu qed jagħmlu użu mill-app sabiex isiru cyber attacks u sabiex jiġu kkorrdinati attakki fuq l-Ukrajna.

L-app Telegram, li kienet kreata fir-Russja, tintuża mill-Ukreni sabiex jitwasslu l-aħbarijiet tal-pajjiż u huwa għalhekk illi 72% tal-popolazzjoni tiddependi fuqha.

Intant, skont l-ordni li nħarġet mill-Kunsill tas-Sigurtà u d-Difiża, il-projbizzjoni ta’ din l-app se tkun qed tapplika biss għal apparat li huwa maħruġ mill-istat u mhux dak għal użu personali.