Persuna sfat mejta u sebgħa oħra nieqsa wara għargħar katastrofiku li kkaġuna nurmu ta’ valangi f’Ishikawa fit-Tramuntana tal-Ġappun.
L-Aġenzija Meteroloġika tal-Ġappun ħarġet twissija s-Sibt filgħodu ħin lokali b’rabta ma’ sitwazzjoni perikoluża li ħakmet lill-Ishikawa, dan wara xita qawwija li hija mistennija testendi sal-Ħadd.
Skont rapporti internazzjonalij idher illi aktar minn 40 elf persuna ġew ordnati li jevakwaw l-inħwai, dan wara li x-xmajjar tal-madwar raw żieda fil-livell tal-ilma tagħhom.
Jidher illi erba’ persuni li kienu qed jaħdmu fil-madwar, ġew iddikjarati nieqsa filwaqt li tnejn oħra deheru jinħatfu mill-kurrent tal-ilma.
Fid-dwal ta’ dan kollu madwar 6,000 dar sfaw mingħajr provvista tal-enerġija filwaqt li numru kbir ta’ djar jinsabu mingħajr ilma.
Lura fl-ewwel ġurnata tas-sena 2024, Ishikawa kien milqut minn terremot li mmarka 7.5 fuq l-iscala richter u li ħalla aktar minn 200 persuna mejta
//= $special ?>