Internazzjonali

Pilota jinħeles wara 19-il xahar maħtuf

Pilota minn New Zealand, inħeles wara li kien ilu aktar minn 19-il xahar maħtuf fl-Indoneżja min-National Liberation Army tal-Papua – hekk kif kellu jtella/ 15-il ħaddiem tal-kostruzzjoni li ġew mhedda waqt li kieny qedgħin jibnu ċentru tas-saħħa f’Nduga.

L-armata żammet ostaġġ lil Philip Merhtens bl-għan li jinfetħu taħditiet dwar l-indipendenza mal-gvern Indoneżjan. Il-passiġġieri li kien hemm fuq l-ajruplan inħelsu għaliex kienu minn Papua stess. F’Mejju, filmati wrew lill-pilota jidher magħqbud u f’idu jżomm bandiera Morning Star – li ġiet projbita minħabba li hija simbolu tal-indipendenza tal-Papua. Il-pilot sostna li l-armata riedet iktar involviment f’taħdidiet dwar l-indipendenza u żied jgħid li jekk din ma kinitx ser jseħħ kienu ser joqtluh.

Hu esprima l-ferħ tiegħu hekk kif irritorna d-dar u irringrazzja lil dawk li kienu ta’ kontribut biex jinħeles.