Raġel ta’ 39 sena residenti Birkirkara weġġa’ gravi wara li waqa minn fuq il-mutur li kien qed isuq.
L-inċident seħħ is-Sibt għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar fi Triq Tumas Fenech f’Bikirkara.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher illi għal xi raġuni mhux magħrufa, ir-raġel tilef il-kontroll tal-mutur tal-għamla Yamaha GPD li kien qed isuq u waqa’. Fejn passiġġiera fuq l-mutur, kien hemm mara ta’ 35 sena residenti Birkirkara.
Intant skont il-Pulizija, żewġ vetturi li kienu fil-madwar ġarrbu ħsarat b’konsegwenza ta’ dan l-inċident.
Fil-post isejjħu minnufieh il-Pulizija, ambulanza u tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħadu liż-żewġ persuni għal aktar kura l -Isptar Mater Dei.
Fejn aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat illi weġġa’ gravi filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>