Il-Ġimgħa għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu, il-Pulizija rċeviet rapport li f’għalqa
f’Marsaxlokk, persuna allegatament sparat u qatlet tajra protetta.
Minnufih fuq il-post marru Uffiċjali tal-Pulizija fejn żammew raġel ta’ 42 sena li kien fil-pussess
ta’ Russett Griż mejjet. L-investigazzjonijiet issoktaw fir-residenza tar-raġel f’Ħaż-Żabbar, fejn minn hemm, ġew ikkonfiskati oġġetti tal-kaċċa, fosthom tajr ieħor protett, senter, munizzjon u bird callers.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>