Chelsea ħadu tlett punti meritati bi prestazzjoni tajba kontra West Ham United fil-London Stadium bl-iskor finali jkun 3-0.
L-attakkant Nicolas Jackson kellu partita stupenda hekk kif skorja żewġ gowls u ta’ assist wieħed, biex kien involut fit-tlett gowls kollha.
L-ewwel gowl tal-attakkant wasal wara 4 minuta logħob mis-suġġeriment ta’ Sancho. L-attakkant mis-Senegal irdoppja l-iskor fit-18-il minuta b’xutt baxx fix-xellug mis-suġġeriment ta’ Caicedo.
It-tielet gowl wasal fis-47 minuta b’din id-darba Cole Palmer isib ix-xibka mill-kontrattakk ta’ Jackson.
Intant, Liverpool ukoll kellhom partita sodisfaċenti immens hekk kif huma ukoll ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0, hekk kif għelbu lil Bournemouth f’Anfield.
L-ewwel gowl tal-partita wasal fis-26 minuta permezz tal-attakkant laterali Kolombjan Luis Diaz b’xutt mil-lemin indirizzat lejn ir-rokna t’isfel tax-xellug. L-istess Diaz irdoppja l-iskor żewġ minuti wara.
L-aħħar gowl tal-partita wasal fis-37 minuta minn Darwin Nunez.
Aston Villa komplew il-forma tajba hekk kif telgħu fit-tielet post u komplew jimpressjonaw wara r-rebħa li kisbu fil-UCL matul il-ġimgħa, b’din id-darba jiksbu rebħa komda ta’ 3-1 fuq Wolves.
Il-Villians sabu ruħhom minn taħt għall-maġġor parti tal-partita, bil-Brażiljan Mattheus Cunha jiskorja għal Wolves wara 25 minuta.
Villa stennew sat-73 minuta biex jagħmlu l-iskor indaqs meta kien Ollie Watkins li b’xutt ċentrali għeleb lil Johnstone.
Il-gowl tal-vantaġġ wasal lejn tmiem il-partita minn Ezri Konsa, bid-difensur jixħet ġewwa mill-viċin fit-88 minuta mill-kross ta’ Tielemans.
Jhon Duran kompla l-forma tajba tiegħu meta żied mal-iskor u kkonferma r-rebħa fil-94 minuta.
Skor identiku bejn Tottenham Hotspur u Brentford, b’ Spurs ikunu r-rebbieħa f’dan il-konfront.
Brentford ħasdu lill-avversarji hekk kif ħadu l-vantaġġ wara biss 60 sekonda logħob, meta Bryan Mbuemo sab ix-xibka b’xutt b’saħħtu bix-xellug fir-rokna ta’ fuq tax-xellug.
Spurs għamlu l-iskor indaqs wara ftit minuti permezz ta’ Dominic Solanke, b;dan il-gowls ikun l-ewwel gowl tiegħu mal-klabb.
Brennan Johnson irrisponda għall-kritika hekk kif skorja biex ta l-vantaġġ lit-tim tiegħu fit-28 minuta.
Fit-85 minuta James Maddison ikkonferma t-tlett punti b’xutt mill-viċin mill-kontrattakk ta’ Son.
Partita oħra li ntemmet bl-iskor ta’ 3-1 bejn Fulham u Newcastle, b’ Fulham jieħdu t-tlett punti f’ Craven Cottage.
L-eks Wolves Raul Jimenez żblokka l-iskor wara 5 minuti mill-kross ta’ Adama Traore.
Emile Smith Rowe kompla jżid mal-iskor fit-22 minuta, din id-darba l-assist jasal minn eks sieħbu ta’ Arsenal Iwobi.
Newcastle rnexxiehom jiskorjaw gowl lura biex ipprovaw iwittu t-triq għar-rimonta, meta Harvey Barnes xeħet fir-rokna t’isfel tax-xellug minn pass filtranti ta’ Murphy fis-46 minuta, madankollu gowl minn eks plejer ieħor ta’ Arsenal Reiss Nelson ikkonferma r-rebħa għal Fulham.
Żewġ draws ta’ 1-1 bejn Leicester City u Everton, u bejn Southampton u Ipswich Town.
Ilman Ndiaye fetaħ l-iskro fil-partita bejn it-Toffees u Leicester, b’ Mavididi jagħmel l-iskor indaqs għall-foxes.
Fil-partita bejn Southampton u Ipswich, l-iskorers kienu Dibling għas-Saints u Morey għall-Ipswich.
Il-partita bejn Manchester United u Crystal Palace ntemmet fi draw ta’ bla gowls.
PREMIER LEAGUE
Illum
West Ham v Chelsea 0-3
Aston V. v Wolves 3-1
Fulham v Newcastle 3-1
Leicester v Everton 1-1
Liverpool v Bournemouth 3-0
S’hampton v Ipswich 1-1
Tottenham v Brentford 3-1
C.Palace v Man. U 0-0
Għada
Brighton v Nott’s F. 4:00pm
Man. City v Arsenal 5:30pm