Futbol Sport

Draw bejn Żabbar St. Patrick u Naxxar Lions bi tmiem eċċitanti

Andrè Muscat

Żabbar ST. PATRICK………….. 3

NAXXAR LIONS………. 3

Żabbar St. Patrick: M. Grech (L. Camilleri 90’), M. Azzopardi, W. Felix, B. Gambarte, S. Illic (D. Oliveira 64’), J. Tavares, S. Jovancic, D. Fava (S. Gatt 64’), P. Sa Mendoca (L. Agius 78’), D. Jovicic, M. Barros Santos

Naxxar Lions: M. Debono, N. Micallef, V. Pedro, T. Yamaguchi (H. Nunes da Silva 62’), N. Pace Cocks (G. Cassar 62’), F. Matheus, E. Farias (K. Haber 80’), G. Barbosa (N. Garcia 41’), S. Dias De Almeida, F. Pereira, D. Jackson

Imwissija: B. Gambarte 27’ (ŻSP), N. Micallef 44’ (NL), D. Jovicic 57’ (ŻSP), D. Jackson 84’ (NL), M. Grech 89’ (ŻSP), N. Garcia 90+3 (NL), M. Barros Santos 90+4 (ŻSP)

Tkeċċa: S. Jovancic 88 (ŻSP)

Skorjaw: E. Farias 11’, 57’ (NL), M. Barros Santos 29’ (ŻSP), S. Gatt 70’ (ŻSP), J. Tavares 86’ (ŻSP), N. Garcia 90+3 (NL)

Referee: Malcolm Spiteri

Assistenti Referees: Alan Camilleri u Jurgen Spiteri

360 Sports Plejer tal-Logħba: Edson Farias (Naxxar Lions)

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Edson Farias (Naxxar Lions)

Fit-tieni logħba tal-ġurnata fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali, Żabbar St. Patrick u Naxxar Lions respettivament spiċċat fid-draw ta’ 3-3.

L-ewwel azzjoni perikoluża tal-partita tasal fil-11-il minuta, azzjoni li tissaraf f’goal għan-Naxxar Lions, meta kien Jackson mil-lemin li jitfa’ cross għan-nofs, bil-ballun jispiċċa fuq ras il-Brażiljan Farias, b’dan tal-aħħar ma’ jiżbaljax u tefa’ l-ballun fix-xibka u lin-Naxxarin fil-vantaġġ.

Fit-13-il minuta tasal l-ewwel azzjoni perikoluża għaż-Żabbarin, meta kien Gambarte li qassam lejn Joan Diogo, b’dan tal-aħħar minn pożizzjoni xi ftit angolata jara x-xutt tiegħu salvat mill-goalkeeper Naxxari Matthias Debono.

Fid-29 minuta logħob jasal il-goal tad-draw għaż-Żabbarin, wara inċertezza kbira fid-difiża tal-Lions, kien Marcelo Barros Santos li approfita minn din l-inċertezza biex skurja l-goal tad-draw għal Żabbar St. Patrick.

Azzjoni perikoluża minn Degran Jackson issib lil Matthew Grech attent fis-36 minuta li salva x-xutt minn quddiemu tal-Ġamajkan ta’ Naxxar Lions.

F’taqsima mill-aktar bilanċjata b’ħafna logħob f’nofs il-ground miż-żewġ timijiet rispettivi, b’żewġ minuti mogħtija fuq il-ħin regolamentari, ir-referee Malcom Spiteri saffar tmiem l-ewwel taqsima biex Żabbar St. Patrick u Naxxar Lions daħlu jistrieħu fid-draw ta’ 1-1.

12-il minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima Naxxar Lions jirduppjaw, kien freekick mil-lemin ta’ Nogueira Garcia, bid-difiża Żabbarija tonqos milli tbiegħed il-periklu, bil-ballun jispiċċa għand il-captain Naxxari li ntelaq minn tulu biex bir-ras tefa’ fil-lasta ta’ St. Patrick u skurja d-doppjeta personali u reġa tefa’ lil-Lions fil-vantaġġ.

Għal darb’oħra Żabbar St. Patrick iġibu draw, fis-70 minuta mil-lemin Joao Diogo jitfa’ cross lejn in-nofs bil-ballun jiġi f’saqajn il-plejer Sean Gatt, li kull ma kien ilu fil-ground sitt minuti u waħdu quddiem lasta vojta ma żbaljax biex ġab id-draw għaż-Żabbarin.

Naxxar jittantaw xortihom fis-76 minuta, meta Degran Jackson b’azzjoni personali jipprova xutt mid-distanza, b’Matthew Grech ta’ Żabbar salva l-periklu lejn il-lasta tiegħu u żamm l-iskor fid-draw ta’ 2-2.

Għall-ewwel darba Żabbar St. Patrick imorru fil-vantaġġ, kien freekick dirett mix-xellug tal-Portugiż Joao Diogo Tavares, bil-ballun spiċċa fix-xibka u Żabbarin fil-vantaġġ.

Naxxar Lions jiġu mogħtija penalty fid-89 minuta, wara ħarġa perikoluża tal-goalkeeper Żabbari Matthew Grech fuq Federico Matheus, bir-referee Spiteri jsaffar penalty favur il-Lions.

Inkariga ruħu mill-penalty Nogueira Garcia, li b’xutt b’saħħtu fil-kantuniera tal-lasta ma żbaljax u ġab id-draw għan-Naxxarin.

Bit-tmiem mill-aktar eċċitanti mat-tisfira finali tar-referee Malcolm Spiteri, kemm Żabbar kif ukoll Naxxar ħadu punt kull wieħed minn dan il-konfront, biex b’hekk iż-żewġ timijiet baqgħu b’punti ndaqs fil-klassifika tal-kampjonat Premier.