Il-Police Officers Union ilha tisħaq għal pieni tassattivi iktar ħorox f’każijiet ta’ vjolenza fuq Uffiċjali tal-Pulizija. Fid-dawl ta’ każijiet gravi bħal dan, li kellna anke agħar minnu fil-passat, il-Union tappella lill-Kabinett sabiex jemenda artikolu 96 tal-Kodiċi Kriminali sabiex kull min jinstab ħati bi vjolenza fil-konfront ta’ Uffiċjali tal-Pulizija jeħel piena ta’ ħabs effettiv mingħajr l-applikazzjoni ta’ priġunerija sospiża jew probation.
Hekk biss jista’ xi darba jkun hemm deterrent, temmet tgħid il-Police Officers Union.
//= $special ?>