Lokali

Ktieb dwar il-Kostituzzjoni tal-Indipendenza

Il-kostituzzjoni ta’ pajjiżna daqslikieku ffriżat fis-snin sittin… tant li ftit li xejn inbidlet minn 60 sena ilu sal-ġurnata tal-lum… wara li pajjiżna kien kiseb l-Indipendenza.

Kien għalhekk li Tonio Borg, flimkien ma’ lettur Ingliż, John Stanton, ippublikaw ktieb dwar is-60 sena ta’ kostituzzjoni ta’ Malta.

Dan il-ktieb jinkludi sensiela ta’ kitbiet minn letturi u professjonisti fil-liġi.

Borg spjega li l-poplu Malti u Għawdxi għandu jkun onorat li pajjiżna huwa gżira.

Il-kostituzzjoni ta’ Malta, tiggarantixxi, fost l-oħrajn, id-drittijiet tal-bniedem. U għalhekk kien hemm liġijiet li ġew iddikjarati ma jgħoddux għax jiksru l-kostituzzjoni.