Mietu aktar minn ħamsin b’kaġun ta’ splużjoni f’minjiera tal-faħam u li kienet dovuta għal leak tal-gass taħt l-art. Il-minjiera tinsab f’Tabas, fil-provinċja ta’ Khorasan, lejn il-lvant tal-pajjiż – bl-isplużjoni tal-gass methane tispiċċa teqred diversi sezzjonijiet tagħha.
L-awtoritajiet fl-inħawi mhumiex ċerti jekk kellhomx isibu akar vittmi, inkella dwar l-ammont tan-nies li setgħu salvaw fit-traġedja.
Magħruf ukoll li fil-minjiera, fil-ħin tal-isplużjoni, kien hemm aktar minn 70 ħaddiem u mhux eskluż li numru minn dawn anki setgħu ntradmu ħajjin. Il-minjiera ta’ Tabas tkopri aktar minn 30,000 kilometru kwadru ta’ territorju u magħrufa bħala l-aktar li tipproduċi riservi tal-faħam fost il-minjieri kollha tal-Iran.
//= $special ?>