Lokali

L-MHRA juru solidarjetà sħiħa maż-żewġ Pulizija aggrediti

Il-filmati li qed iduru fuq il-midja soċjali juru bl-aktar mod ċar il-vjolenza li saret fuq żewġ pulizija fil-Ħamrun minn grupp ta’ thugs irġiel u nisa.

Kienet x’kienet ir-raġuni, qatt m’għandha tiġi kkaġunata vjolenza fuq pulizija li xogħolhom huwa li jżommu l-liġi u l-ordni.

L-MHRA joffru s-solidarjetà sħiħa tagħhom lejn iż-żewġ pulizija aggrediti minn dan il-grupp ta’ thugs u lill-Korp tal-Pulizija inġenerali li huma l-gwardjani tal-liġi u l-ordni tagħna.

L-MHRA temmen ukoll li l-proċess ġudizzjarju jitħaffef. Jidher ċar li dan huwa attakk fuq l-iktar istituzzjoni importanti tagħna li hija responsabbli għall-ħarien tal-liġi u l-ordni tagħna.