Futbol Sport

Manchester City isalvaw draw kontra Arsenal fl-aħħar sekondi f’partita drammatika

Fl-Etihad Stadium Manchester City salvaw draw ta’ 2-2 fl-aħħar sekondi f’partita drammatika għall-aħħar. Kienet partita mimlija kontroversja u deċiżjonijiet dibattibli tar-referee Michael Oliver. Kienu Manchester City li fetħu l-iskor fid-9 minuta meta Savinho żmarka tajjeb lil Erling Haaland li waħda wiċċ imb wiċċ ma’ David Raya ma żbaljax biex skorja l-100 gowl tiegħu f’105 partiti fil-Premier League.

Minkejja l-bidu b’saħħtu ta’ Man City, reazzjoni minn Arsenal fit-22 minuta meta Gabriel Martinelli għadda lejn Riccardo Calafiori li b’xutt mill-isbaħ minn tarf il-kaxxa għeleb lil Ederson għall-ewwel gowl tiegħu ma’ Arsenal fid-debutt tiegħu mal-ewwel ħdax fil-Premier League.

Arsenal ħadu l-vantaġġġ fil-45 minuta meta minn corner ta’ Bukayo Saka, kien Gabriel Magalhaes li għola fuq kulħadd u tefa’ wara Ederson għal 2-1. Fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima ir-referee Michael Oliver keċċa lil Leandro Trossard wara żewġ ammonizzjonijiet f’deċiżjoni kontroversjali. Bit-tieni taqsima tkun prattikament fin-nofs ta’ City, Arsenal iddefendew tajjeb l-lasti tagħhom iżda fis-97 minuta City rnexxielhom jiskorjaw il-gowl tad-draw minn John Stones.

Riżultati

Brighton v Nott Forest 2-2

Man City v Arsenal 2-2