Il-Ministeru tas-Saħħa u l-Isptar Mater Dei ġew ordnati jħallsu €119,605 f’kumpens lil mara wara li fl-2014 tħalla swab fl-istonku tagħha wara operazzjoni.
Il-każ infetaħ kontra l-awtoritajiet tas-saħħa u l-kirurgu.
Fl-Qorti Ċivili ppreseduta mill-Imħallef Toni Abela, intqal li wara l-operazzjoni, il-ferita ma fiqitx, apparti li l-mara saret dejjem aktar bla saħħa.
Wara ħafna żjarat fiċ-ċentri tas-saħħa, ġiet riferuta għal scan fi Frar 2015, u ġimgħa wara infermiera ħarġet swab ta’ 25 cm mill-ferita tagħha, b’konsegwenza dan il-mara sofriet attakk kbir ta’ paniku.
Il-mara qalet li ġiet offruta kumpens ta’ €20,000 mill-awtoritajiet mediċi iżda qieset is-sommma bħala inadegwat wara konsultazzjoni mal-esperti.
L-Imħallef Toni Abela qal li m’hemmx dubju li kien tħalla swab minn ġisem il-mara waqt l-ewwel operazzjoni. In-noti tal-‘Iċċekkjar tas-Sigurtà Kirurġika’ wrew li infermiera kkonfermat viżwalment it-tlestija tal-għadd tal-istrumenti, l-isponża, u l-labra iżda ma ssemmew l-ebda tajjara.
Sussigwentament, il-Qorti kkonkludiet li l-kirurgu li wettaq l-ewwel operazzjoni ma kellux tort għaliex dan il-każ kien riżultat ta’ taħriġ ħażin li ngħata lill-infermiera.
Il-Qorti sabet lill-awtoritajiet tas-saħħa u lill-Isptar Mater Dei responsabbli u kkundannathom iħallsu kumpens ta’ €119,605 fuq il-bażi li l-pazjent sofra 40% diżabbiltà permanenti u 10% diżabbiltà psikoloġika.
Dan anke wara li l-Qorti kkalkulat il-paga medja u l-fatt li l-mara kellha 47 sena fiż-żmien tal-operazzjoni u kienet tkun eliġibbli għal pensjoni ta’ 64.