Futbol Sport

Milan jegħlbu lill-Inter fid-derby u jtaffu l-pressjoni minn fuq il-kowċ Fonseca

F’San Siro rebħa importanti għal Milan fuq ir-rivali Inter fid-Derby della Madonnina bl-iskor ta’ 2-1. Liema rebħa għinet biex tittaffa xi ftit il-pressjoni minn fuq il-kowċ ta’ Milan Fonseca li wara riżultati xejn pożittivi u anke diżgwidi mad-direttur Ibrahimovic, tefgħatu f’pożizzjoni xejn komda dieħel għal dan il-konfront.
Kienu Milan li marru fil-vantaġġ kmieni fil-partita meta fl-għaxar minuta kien Christian Pulisic li xeħet wara Sommer għal 1-0.

Minkejja l-bidu mill-aqwa ta’ Milan, Inter kisbu d-draw tmien minuti wara meta kien Federico Di Marco li xeħet wara Maignan għal 1-1.

Biż-żewġ timijiet ikollhom iċ-ċansijiet ta’ skor, Milan skorjaw il-gowl tar-rebħa fit-89 minuta meta Tiajni Reijnders żmarka lil Matteo Gabbia li xeħet fix-xbika għal 2-1, biex tefa’ l-partitarji ta’ Milan f’dillirju ta’ ferħ.

Riżultati

Fiorentina v Lazio 2-1
Monza v Bologna 1-2
Roma v Udinese 3-0
Inter v Milan 1-2